Is-Sibt filgħodu, għaqdiet u attivisti ambjentali ingħaqdu mal-Moviment Grafitti għall-protesta nazzjonali b’rabta mal-ambjent f’pajjiżna.
L-għaqdiet appellaw fost l-oħrajn għal bidla fil-politika tal-ippjanar, u għal mudell ekonomiku aktar sostenibbli, ibbażat fuq użu ġust u aktar effiċjenti tar-riżorsi, fost l-oħrajn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tul il-protesta, b’mixja minn Pjazza Tritoni, u li laħqet il-qofol tagħha b’diskorsi quddiem il-bini tal-Qrati, spikkaw ukoll kartelluni b’messaġġi ambjentali.