Tressaq protest ġudizzjarju fil-Qorti f’isem anzjana Maltija, li ħames snin ilu kienet ingħatat parir mill-kumpanija Curmi & Partners biex tinvesti somma sostanzjali mill-ġid tagħha f’portafoll finanzjarju li jiskadi meta din tkun kważi laħqet il-mitt sena.
Minn dan il-protest ġudizzjarju kontra l-kumpanija u l-Client Manager tagħha Neville Curmi, jingħad li l-anzjana ġiet imqarrqa biex tagħti l-approvazzjoni tagħha ħalli l-ammont ta’ €200,000 mill-portafoll tagħha jiġu trasferiti f’investiment ġdid.
Ingħad li l-anzjana kellha tibda tirċievi interessi ta’ ħamsa fil-mija fuq is-somma investita minnha.
Ġie argumentat li l-parir li ngħatat l-anzjana sar bi ksur tal-Att Dwar Servizzi ta’ Investiment, minħabba li l-investiment għamlitu meta kellha 90 sena.
Hi allegatament ġiet imġegħela tiffirma kuntratt bl-Ingliż, lingwa li lanqas għandha għarfien tagħha, waqt li ma ġietx informata dwar il-kundizzjonijiet u r-riskji.
Għalhekk, ingħad li l-mara qatt ma setgħet tagħmel deċiżjoni informata qabel iffirmat il-kuntratt relattiv f
Minbarra hekk, ġie argumentat li l-investiment se jiskadi meta l-mara suppost ikollha 99 sena, xi ħaġa li skont il-protest ukoll jitfa’ iżjed dubju fuq in-natura tat-tranżazzjoni finanzjarja.