Iliyana Kirilova Illieva u Genoveva Stoilova mill-Bulgarija qed jiskontaw senteza ta’ ħames xhur ħabs fuq reat ta’ pickpocketing filwaqt li jinsabu fi stadju avvanzat fit-tqala tagħhom. L-avukat difensur Etienne Calleja talab lill-awtoritajiet sabiex dawn jiġu trasferiti għal sptar sabiex jirċievu kura medika hekk kif bħalissa jinsabu ġo kundizzjonijiet inaċettabli għal xi ħadd fil-kundizzjoni tagħhom.
Fil-protest ġudizzjarju imressaq Callejja akkuza wkoll lid-direttur ġenerali tal-faċilita korretiva ta’ kordin li naqas milli jassigura li n-nisa jingħataw l-attenzjoni u t-trattament meħtieġ ġewwa l-ħabs. Għal dan, Alexander Dalli id-Direttur ta’ Prisons Lt Col. spejga kif kien offra sabiex dawn in-nisa joqgħodu fil-librarija tal-faċilita li hija mgħamra b’arja ikundizzjonata iżda l-avukat difensur saħaq kif it-trabi li għad iridu jitwieldu mhux jiskontaw l-ebda sentenza iżda xorta waħda jaqgħu taħt ir-responsabilta tiegħu.
Il-protest ġudizzjajru jwissi wkoll li jekk dan it-trasferiment ma jseħħx, id-direttur ħa jitqis responsabli għal kull inċident mediku jew komplikazzjoni li tista’ tinqala’ waqt it-tqala.