Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal li aktar minn 40 persuna tressqu l-Qorti fuq reati ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni minn Jannar sal-aħħar ta’ Awwissu 2016. Tnejn kienu rġiel Maltin, filwaqt li 39 kienu nisa, li fosthom kien hemm tlieta biss barranin.
Bejniethom dawn inħarġulhom 116-il taħrika għal dawn ir-reati. Ħafna mill-każijiet in kwistjoni għadhom pendenti (sub-judice) filwaqt li f’każijiet oħrajn kien hemm sentenzi sospiżi u multi, priġunerija u priġunerija u multi. Minn dawk deċiżi kien hemm każ fejn persuna ġiet liberata u żewġ każi preskritti.