Maria Mallia, li rifset l-għatba tal-Qorti għal diversi drabi fosthom minħabba tlajjar fl-inħawi ta’ Tax-Xbiex tilfet każ t’appell.
Dan wara li l-Qorti iddikjarat li Mallia ftit tgħallmet mill-iżbalji tal-passat.
F’April li għadda Mallia kienet instabet ħatja bi tlajjar u ngħatat il-libertà kundizzjonata li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien tlett snin.
Mallia appellat minn din is-sentenza għaliex dehrilha li minkejja ma weħlitx ħabs effettiv, il-Qorti xorta kienet ħarxa magħha.
Filwaqt li l-Qorti rrikonoxxiet li l-mara ammettiet fi stadju bikri, intqal li s-sentenza mogħtija kienet skont il-parametri tal-liġi u għalhekk l-appell tal-mara ma ntlaqax.