Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza ta’ tliet snin ħabs li kienet ingħatat lill-prostituta li nstabet ħatja li serqet flus bi vjolenza minn fuq raġel, li darbitu ħafif u li kienet riċediva.
Il-każ imur lura għat-18 ta’ Marzu meta raġel waqqaf lill-istess prostituta fil-Gzira u ħallasha €20 biex tagħtih servizzi sesswali. Wara li kellhom x’jaqsmu flimkien, ir-raġel innota li €300 li kellu fil-but kienu nieqsa u minnufih akkuża lil din il-mara li serqitu.
Ir-raġel ipprova jfittex fil-basket tal-mara izda din attakkatu bil-pepper spray. Ir-raġel daħal fil-karozza u x’ħin wasal Ħal Farruġ ma bediex jara iktar u ċempel lil martu u qalilha li ġie attakkat minn zewġ persuni ta’ karnaġġjon skur.
Fl-appell tagħha l-akkużata argumentat li l-pepper spray m’għandux jiġi kkunsidrat bħala arma. Izda l-Qorti qalet li l-pepper spray huwa arma relevanti li minħabba fih ir-raġel sofra ġrieħi.
Għaldaqstant il-Qorti ċaħdet l-appell u reġgħet ikkonfermat is-sentenza tal-ewwel Qorti .