Li bħala Maltin nispeċjalizzaw f’ħafna xorti huwa fatt magħruf. Fost it-tajjeb u l-ħażin, nispeċjalizzaw ukoll fil-ġesti sbieħ lejn ħaddieħor. Xhieda ta’ dan huwa dak li għamel bniedem anonimu mal-pazjenti morda bil-kanċer fis-Sir Anthony Mamo Oncology Centre.
Sabiħ li wieħed jara din it-turija ta’ apprezzament, anke lejn persuna anonima. Sabiħ ukoll li stejjer bħal dawn għadek issibhom, f’dinja fejn ħafna mill-aħbarijiet inkunu inqas feliċi.