“Impressjonat b’dak li rajt. Iltqajt ma’ rapreżentanti minn tal-Gvern Malti u b’dak li tfassal minn aspett ta’ leġiżlazzjoni u ideat ġodda dwar kif ikunu ċċertifikat applikazzjonijiet bbażati fuq blockchain huwa żvillupp impressjonanti. Proset Malta”
Dan intqal minn Roberto Viola, Direttur Ġenerali ta’ DG Connect, responsabbli mill-politika tal-Kummissjoni Ewropea biex jinħoloq suq diġitali waħdieni.
F’messaġġ li deher waqt DELTA Summit, Viola laqa’ l-proattività ta’ Malta li permezz ta’ DELTA Summit tat pjattaforma biex tiddiskuti l-opportunitajiet li toffri t-teknoloġija lockchain.
“Huwa ta’ pjaċir li nilqa’ l-inizjattiva tal-imsieħba flimkien, startups, innovaturi biex jiddiskutu dak li jistgħu ituna l-blockchain u distributed ledger technology,” qal Viola. Huwa żied li regolamentazzjoni hija fl-aqwa interess għaċ-ċittadini fl-isfond li daħlu fis-seħħ direttivi ġodda, filwaqt li nsista l-bżonn ta’ ħidma iżjed konġunta sabiex tissaħħaħ l-ekosistema biex tippermetti li l-kumpaniji fil-qasam tal-blockchain jikbru fl-Ewropa.
Fit-tmiem ix-xahar li għadda, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri kellu laqgħa importanti ma’ Viola fejn ġie preżentat fid-dettal il-ħidma li qed twettaq Malta fis-settur tal-innovazzjoni diġitali u l-blockchain. F’din il-laqgħa Schembri ta dettalji dwar kif Malta faslet l-ewwel regolamentazzjoni fid-dinja biex kumpanijia fil-qasam diġitali jkunu jistgħu jiksbu liċenzjar għas-servizzi u l-prodotti tagħhom fil-qasam tal-blockchain u cryptocurrency.
Filwaqt li esprima sodisfazzjon għall-kummenti tad-Direttur Ġenerali ta’ DG Connect, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri stqarr li l-Gvern Malti se jibqa’ kommess li jaħdem u jiddiskuti bil-miftuħ ma’ istituzzjonijiet Ewropej b’rabta max-xogħol li qed isir f’dan is-settur u l-ħidma biex Malta ssir The Blockchain Island.
Huwa nnota l-mod kif il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tilqa’ l-innovazzjoni u l-proattività ta’ Malta f’ dan is-settur, filwaqt li saħaq li Malta se tibqa tkun t’ eżempju għal politika Ewropea f’dan is-settur. Waqt id-Delta Summit is-Segretarju Parlamentari Schembri tenna li, “Il-viżjoni tagħna hija waħda globali. Aħna lesti li nkomplu nkunu katalisti tal-bidla biex nbiddlu l-innovazzjoni fit-teknoloġija f’ aktar ġid għan-nies”.
Mat-3,700 delegat qed jattendu Delta Summit li qed isir għall-ewwel darba f’ pajjiżna. Dan is-summit huwa l-vetrina tal-Gvern Malti sabiex juri l-innizjattivi li qed jieħu biex pajjiżna jkun fost l-aqwa pajjiżi fid-dinja fejn kumpaniji fis-settur tal-innovazzjoni diġitali għandhom jinvestu.