Ġiet diskussa l-istrateġija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika għall-perjodu li jwassal sas-sena 2023, l-Abbozzi ta’ Liġi, u l-liġijiet konnessi mar-Rapporti tal-Kummissjoni Venezja tal-Kummissjoni Ewropea waqt laqgħa bejn il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis, akkumpanjat mill-Avukat tal-Istat Dr Christopher Soler, iltaqa’ ma’ delegazzjoni immexxija mill-Awditur Ġenerali s-Sur Charles Deguara.
Waqt il-laqgħa ppreżentaw ukolllill-Ministru emendi għall-liġi li diġà tirregola l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u lill-istess Awditur Ġenerali.
Il-Ministru Zammit Lewis irringrazzja lis-Sur Deguara għax-xogħol kollu mwettaq minnu u mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika sabiex jixpruna x-xogħol tal-amministrazzjoni ta’ pajjiżna b’rispett għall-prinċipji tal-buon governanza.
Il-Ministru għamilha ċara li din l-amministrazzjoni tieħu r-rapporti tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika bl-ikbar serjetà sabiex ittejjeb il-proċessi tal-gvern. Il-Ministru wiegħed lis-Sur Deguara li se jifli sew il-proposti magħmula minnu sabiex il-liġi titjieb fil-ġimgħat li ġejjin.