L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi l-ERA qed tipproponi li l-fuel stations ma jiġux ikkunsidrati f’żoni barra mill-iżvilupp ODZ meta din tkun art mhux mittiefsa.
Dan ħabbru l-Ministru responsabbli mill-Ambjent Jose Herrera f’konferenza tal-aħbarijiet fejn saħaq li huwa talab lill-ERA li hija r-regolatur ta’ dan is-settur sabiex tipproponi r-reviżjonijiet tal-Fuel Service Stations Policy li daħlet fis-seħħ f’April tal-2015. Il-Ministru spjega li f’każ ta’ siti li huma kkunsidrati bħala ideali għall-iżvilupp ta’ fuel service stations, l-ERA qegħda tipproponi li jkun hemm restrizzjonijiet fuq id-daqs kif ukoll fuq l-għoli tal-binjiet fuq dawn is-siti.
Fir-reviżjonijiet tagħha, l-ERA qed tippoponi li din il-policy għandha ddaħħal miżuri sabiex ikun hemm distanzi aktar adegwati bejn il-fuel service stations liema distanza tkun b’inqas impatt kumulattiv mingħajr ma timpatta s-servizz lejn il-pubbliku.