Gvern Laburista ġdid se jkun qed jimpenja ruħu sabiex tiġi identifikata liema art hija pubblika u dik privata.
L-informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku.
F’laqgħa li kellu l-Partit Laburista mar-Ramblers Association, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista Daniel Micallef sema’ tar-Ramblers jixtiequ trakka tal-mixi mal-Victoria Lines, li mhux biss għandha valur storiku, imma tagħti veduta spettakolari ta’ pajjiżna.
Intant f’laqgħa oħra, li l-Partit Laburista kellu mal-Malta Chamber of Planners, Daniel Micallef saħaq li Gvern Laburista ġdid se jkollu prioritajiet ġodda u li se tkun iffokata aktar fuq spazji miftuħa u żoni urbani.
Daniel Micallef kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni Chris Agius, id-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis u l-kandidat Laburista Felix Busuttil.