Wara erbat ijiem ta’ kampanja, Simon Busuttil għamel proposta biex jagħti sussidju lill-Għawdxin biex jgħixu Għawdex u għaffiġha. La jaf kif se taħdem u lanqas jaf lil min se jtiha, qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija.
Il-PL spjega kif Simon spiċċa jistaqsi lill-ġurnalisti biex “ilaħħmulu l-proposta”.
L-istqarrija tgħid dan għax Simon Busuttil huwa biss negattiv u għandu nuqqas kbira ta’ kredibbiltà dwar dak li jipproponi għax fil-passat falla. Fil-fatt l-iktar kwotazzjoni li tibqa’ mfakkra dwar Għawdex minn Busuttil hija li l-Gvern għamel biss latrina f’Għawdex… biex dalgħodu għamel konferenza stampa fuq monument ta’ Gvern Laburista, ir-restawr taċ-Ċittadella.
Il-Partit Laburista qal li d-differenza bejn Joseph Muscat u Simon Busuttil huwa li l-Gvern Laburista mela Għawdex bix-xogħol, rekord ta’ nies jaħdmu f’Għawdex, tkabbir ekonomiku rekord u l-ikbar investiment fl-istorja għal Għawdex bi sptar ġdid u Universita’ ta’ fama internazzjonali.
Temmew billi qalu li Għawdex ukoll għaddej mill-aqwa żmien tiegħu.