EY qed jipproponu li jsir proġett pilota bil-għan li jgħin lill-immigranti f’pajjiżna li għandhom il-kapaċitajiet li jkunu utli għall-ekonomija Maltija. Meta dawn jikkontribwxxu, ikollhom ħajja aktar dinjituża.
L-idea prinċipali wara din il-proposta hija biex tattira immigranti regolari bi kwalifiċi akkademici u aspirazzjonijiet biex jaċċessaw il-programm ta’ EY fl-accountancy. Din ġiet ippreżentata waqt konferenza bl-isem ‘Beyond this Economic Horizon’ li għaliha attenda l-Prim Ministru Joseph Muscat.
Permezz tal-proġett propost, l-immigranti parteċipanti jingħataw pakkett ta’ sapport li jinkludi lezzjonijiet bla ħlas, laptop u anke moniteraġġ adattat biex jgħinuhom jikkwalifikaw għal din l-iskema. Ikunu jridu jgħaddu minn żewġ A levels biex ikunu eleġibbli.
Wara li jlestu sehemhom fil-proġett pilota, ikunu evalwati minn panel. Dawk li jgħaddu minn kwalifikazzjoni preliminarja jittieħdu minn EY Malta u jingħataw impjieg normali jew jgħaddu minn proċess ta’ reklutaġġ.
EY qalet li lesta tesplora l-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva mal-istakeholders tas-settur privat u dak pubbliku, u anke ma’ organizazzjonijiet mhux governattivi fis-settur.