Tressqu sitta u għoxrin rakkomandazzjoni li jindirizzaw l-isfidi fl-edukazzjoni post-sekondarja. Dan ħareġ minn rapport li sar minn working group li nħatar apposta biex janalizza s-sitwazzjoni tal-edukazzjoni post sekondarja f’pajjiżna.
Ir-rakkomandazzjonijiet jirrikonoxxu l-bżonn li jsir pjan ta’ tranżizzjoni mill-edukazzjoni sekondarja għal post sekondarja u li jkun hemm bidliet fil-mod ta’ kif qed jiġu evalwati l-istudenti filwaqt li jingħata aktar taħriġ lill-professjonisti.
Ir-rapport jenfasizza fuq dawk li qed jissejjħu ħiliet tas-seklu wieħed u għoxrin, maħsuba biex isaħħu l-ħsieb tal-istudenti.
Il-Ministru għall-edukazzjoni Evarist Bartolo rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu fuq dan ir-rapport estensiv. Huwa sostna li ż-żmien tal-post sekondarja huwa kruċjali ferm u sfortunatament tul is-snin preċedenti ma ngħatax importanza biżżejjed.
Qal li r-rapport jeħtieġ li jmur għall-konsultazzjoni pubblika u min hemm jitfassal grupp t’azzjoni.