Notts County, li magħhom jilgħab l-plejer internazzjonali Malti Jodi Jones, ibieraħ ġew promossi għal League Two wara li fil-playoff huma għelbu lill-Chesterfield bl-iskor ta 4-3 wara l-għoti tal-penalties.
Jodi Jones ilbieraħ kien fost l-ewwel ħdax f’din il-partita izda ġie mibdul kmieni fit-tieni taqsima.
Kienu Chesterfield li fetħu l-iskor l-ewwel wara biss ħames minuti permezz ta’ Dallas. Notts County għamlu l-iskor indaqs tlett minuti minn tmiem l-partita permezz ta’ Bostock, bil-partita kellha tmur għall-nofs siegħa ta’ ħin barrani.
Fit-93 minuta kienu Chesterfield li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Dobra biex fil-108 minuta Notts County ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Rodrigues.
Il-partita għalhekk marret għal penalites fejn Chesterfield irnexxilhom isibu x-xibka tlett darbiet permezz ta’ Banks, Maguire u Quigley filwaqt li Oldaker u King naqsu milli jikkonkludu.
Fuq n-naħa l-oħra Notts County sabu x-xibka f’erbgħa mill- ħames penalties.
L-plejers li sabu x-xibka kienu Longstaff, Rodridgues, Jodi Jones u Scott filwaqt li Bostock naqas milli jikkonkludi.
Notts County ser ikunu qed jagħmlu r-ritorn tagħhom fil-League Two wara nuqqas ta’ erbgħa snin.