Għal sena oħra, il-Belt libset il-libsa tal-Milied permezz ta’ projezzjonijiet ġoddaw li qed idawlu Pjazza San Ġorġ.
Propju llejla ġew murija dawn il-projezzjonijiet fuq il-faċċata tal-Palazz tal-Gran Mastru.
Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef spjega kif fil-kapitali hemm programm t’attivitajiet għal dawn iż-żminijiet ta’ festi tal-Milied.
Qal li bħala medja qed ikun hemm bejn żewġ u tliet attivitajiet kuljum.
Il-projezzjonijiet, flimkien mat-tiżjin tal-Milied fil-Belt jistgħu jitgawdew sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.