Dawk li jħaddmu lin-nies fl-Unjoni Ewropea jistgħu jkunu ġustifikati li jitolbu lill-ħaddiema ma jilbsux mkatar ma’ rashom jew ħijab bħal ma jagħmu l-Musulmani, jekk dan ikun parti minn projbizzjoni ġenerali fuq kull simbolu relġjuż.
Din hija l-fehema ta’ Avukat Ġenerali fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, Juliane Kokott. Fehema li ntalbet wara li l-Qorti Belġjana talbet kjarifika dwar x’inhu projbit skont liġijiet Ewropej kontra d-diskriminazzjoni.
Fil-Belġju, receptionist tkeċċiet mix-xogħol għaliex libset maktur ma’ rasha meta marret ix-xogħol. Il-mara, Samir Achbita, sostniet li saret diskriminazzjoni kontriha minħabba r-reliġjon tagħha.
Dak li ssuġġeriet Julian Kokott irid jiġi kkunsidrat mill-ogħla Qorti Ewropea, biex imbagħad joħorġu pożizzjoni finali.
Kokott qalet li projbizzjoni ta’ xallel mar-ras jew ħijab jekk min iħaddem ikun jixtieq jirrispetta n-newtralità fuq il-post tax-xogħol.