Waqt il-program L-Argument Ikompli, li jixxandar kull nhar tat-Tnejn fuq One Radio, il-viċi president ta’ Ħamrun Spartans Gejtu Debattista ikkonferma li Ħamrun għandhom projbizzjoni wara li ma ħallsux il-pagamenti dovuti lill-attakant Alex Nilsson.
Debattista qal li hija normali ghal klub tal-Hamrun li l-pagamenti kollha ta’ kull plejer jithallsu sal-ahhar ta’ Gunju u jidher li ma hem l-ebda problema biex jsir il-hlas lill-plejer koncernat.
Meta mistoqsi dwar l-konsorsju Taljan li jista’ jieħu f’idu t-tmexxija tal-klabb, Debattista sostna li apparti konsorzju hemm individwi li qed juru interess li jgħinu lill-klabb tal-Ispartans u fil-mument qed jesploraw l-possibiltajiet kollha qabel ma jressqu l-proposti lill-membri tal-klabb fil-Laqgha Ġenerali Annwali li ser issir fil-jiem li ġejjin.