Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li d-Dipartiment tas-Saħħa se jkun qed jaħdem mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali biex fil-lokalitajiet isiru programmi edukattivi dwar l-abbuż tad-droga.
Id-Deputat Prim Ministru qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem waqt it-Tieni Qari dwar emendi għal-liġi li tirregola d-drogi perikolużi. Permezz ta’ dawn l-emendi anke dawk is-sustanzi ġodda li jkunu għadhom mhux klassifikati se jitqiesu llegali u b’hekk il-pulizija tkun tista’ tipproċedi kontra min ikollu fil-pussess tiegħu sustanzi, li qegħdin jintużaw għal driogi anke jekk ikunu għadhom ma tniżżlux bħala sustanzi llegali.
Id-Deputat Prim Ministru qal li għaddejjin taħditiet mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, biex il-Id-Dipartiment gġall-Promozzjoni tas-Saħħa jkun jista’ jkollu preżenza akbar fil-komunita biex fost oħrajn ikun jista’ jinforma lill-pubbliku dwar l-effetti tad-droga u l-ewwel sinjali biex wieħed jinduna kmieni li persuna qed tabbuża mid-droga.
Chris Fearne qal li dawn l-emendi se jkunu qed jipproteġu aktar lill-uliedna minn sustanzi perikolużi, filwaqt li jagħmluha aktar diffiċli għat-trafikanti tad-droga.