Nhar it-Tnejn 27 ta’ Ġunju fis-7.30 pm fil-Knisja Parrokkjali Santwarju tal-Madonna tas-Sacro Cuor, is-Soċjetà Filarmonika “Sliema”, flimkien mal-Kummissjoni Festi fi ħdan il-Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor, tippreżenta Programm Vokali u Mużikali tal-Festa mill-Banda Ċittadina “Sliema”, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone.

Jieħdu sehem it-Tenur Angelo Muscat, il-Baritonu Ivan Vella u l-kantanti Victorio Gauci u Nicole Hammett flimkien mal-Kor Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, immexxi minn Mro Lesley Tabone. Ser tippreżenta s-serata Antoinette Falzon.
Dan il-programm qed jittella’ bil-koperazzjoni tas-Sur Manuel Ellul, il-Komunità Franġiskana u l-Kunsill Lokali Tas-Sliema.