Bħal kull sena l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu tal-Ħamrun se tkun itella’ l-Programm tagħha għal żmien il-festi tal-Milied.
Din is-sena l-Programm Mużikali, taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Direttur tal-Għaqda, Mro. Jonathan Borg, se jsir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru fis-7.15pm, fis-sala tal-Każin San Gejtanu.
Se jkun hemm diversi bċejjeċ mużikali ta’ żmien il-festi tal-Milied li se jiġu esegwieti mill-Banda San Gejtanu.
Waqt dan il-Programm Mużikali, hija konswetudni li l-Għaqda tippromwovi l-allievi u l-Bandisti tal-Post tagħha billi jkun hemm diversi partijiet solo li propju jsiru minnhom.
Waqt dan il-Programm Mużikali se tkun qed isir ġabra b’risq l-Istrina 2018.