Is-Sibt 16 ta’ Mejju minflok is-serata finali tal-Eurovision Song Contest ħa jsir programm spettakolari bl-isem ta’ “Eurovision: Europe Shine A Light”. Dan ix-show, li mhux se jkun fih il-kompetizzjoni li nafu s-soltu, se jkun qed iwassal programm ta’ sagħtejn fejn se jonora lill-41 kantant u kanzunetta li kellhom jippreżentaw lil pajjiżhom f’Mejju li ġej.
Aktar qabel ġie deċiż li l-Eurovision kif nafuh is-soltu, b’żewġ semi finali t-Tlieta u l-Ħamis u l-finali fil-jum tas-Sibt tħassar wara l-pandemija tal-Coronavirus li ħakmet lill-kontinent Ewropew.
Aktar dettalji dwar dan il-programm se jkunu qegħdin jitħabbru aktar ‘il quddiem.