Illejla, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, ONE se jxandar programm speċjali fl-ewwel anniversarju ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista.
Bil-preżentazzjoni ta’ Pablo Micallef, il-programm se jiddiskuti diversi kisbiet li saru matul l-aħħar tnax-il xahar ma’ mistiedna ġejjin minn setturi differenti tal-ħajja.
Matul il-programm ta’ siegħa u nofs, se jixxandru wkoll siltiet minn intervisti li ttieħdu ma’ nies qrib Robert Abela.
L-aħħar edizzjoni tad-dokumentarju MIJA li kellha tixxandar illum, se tixxandar aktar ’il quddiem.