Nhar is-Sibt li ġej 6 ta’ Mejju, l-istazzjon ONE se jxandar programm speċjali fil-jum tal-Inkurunazzjoni tar-Re Karlu III.
Din hija l-ewwel inkurunazzjoni ta’ monarka fir-Renju Unit wara sebgħin sena; bl-aħħar inkurunazzjoni lura fl-1953 tkun l-inkurunazzjoni ta’ ommu, ir-Reġina Eliżabetta II.
Il-programm jinkludi intervisti ma’ mistiedna minn setturi differenti, fosthom dawk li se jkunu fl-istudio ta’ ONE u anki kollegamenti ma’ persuni li jgħixu l-Ingilterra.
Matul dan il-programm speċjali fuq ONE se jixxandru servizzi dwar il-ħajja tar-Re Karlu III fosthom dwar ir-rabtiet tiegħu ma’ pajjiżna.
Il-programm se jkun ippreżentat minn Antoinette Falzon u bi produzzjoni tal-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE.
Dan il-programm speċjali jibda għall-10 ta’ filgħodu u jibqa’ għaddej sa wara nofsinhar