Fil-ġimgħa tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, mil-lejla ONE se jkun qed ixandar programm speċjali bejn is-18:15 u s-19:15 fejn ħa janalizza l-elezzjonijiet fi ħdan il-Partit Laburista, li jinkludu dawk ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit u ħatriet ġodda fl-Amministrazzjoni u l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista.
Nhar il-Ġimgħa se ssir sessjoni plenarja fis-18:00 fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u fl-għeluq ta’ din is-sessjoni, se tinfetaħ il-votazzjoni għall-elezzjonijiet imsemmija. Il-votazzjoni tibqa’ għaddejja sal-għada, is-Sibt, 14 ta’ Settembru sas-13:00 f’Għawdex u sas-14:00 f’Malta.
Il-votazzjoni f’Malta se ssir fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u l-votazzjoni f’Għawdex se ssir fiċ-Ċentru Laburista ta’ Sannat.
Wara l-għeluq tal-votazzjoni jsir l-għadd tal-voti biex jiġu kkonfermati l-ħatriet il-ġodda fl-istrutturi tal-Partit Laburista.
Il-qofol tal-Konferenza Ġenerali jintlaħaq fl-għeluq tagħha nhar il-Ħadd, 15 ta’ Settembru, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista b’diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela