Li tkun intraprenditur imur lil hinn milli jkollok sitwzzjoni ta’ awtosuffiċjenza, imma jfisser ukoll li tgħaddi l-esperjenza tiegħek lill-ġenerazzjonijiet ta’ wara biex ikunu proattivi fis-soċjetà.
Dan huwa s-sentiment li qasmet Mais Taha, intraprenditur li ħadet sehem fl-ewwel programm immirat għall-intraprendituri nisa f’Malta u li ggradwat f’Diċembru li għadda.
“It’s not only about being able to be self-sustainable by yourself if something happened in your life; it’s also about your ability to teach your kids how to think about business in a different way, how to be proactive person in society. It takes you to a different level as a person, also networking, meeting like-minded people, so it has different influences.”
Ma’ Taha tkellimna waqt it-tnedija tat-tieni programm immexxi mill-Ambaxxata Amerikana f’Malta b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriza, u l-Industrija Maltija.
Għal dan il-programm applikaw 80 mara, li lkoll ġejjin minn professjonijiet differenti u li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar l-intraprenditorija u, eventwalment, imexxu l-kumpaniji tagħhom.
Dan il-programm għandu l-għan li jżid l-aċċess, l-għarfien u, fuq kollox, in-netwerking bejn intraprendituri nisa.
“Hawn ħafna nisa kapaċi li tant ikollhom x’jagħmlu li ma jkollhomx ċans biex jagħmlu dak li ngħidulu aħna networking, jiġifieri biex jiltaqgħu ma’ nies oħra fin-negozju, biex isiru jafu x’qed jiġri f’negozji oħra, biex jibnu relazzjonijiet ġodda. Naħseb li din l-inizjattiva tal-Academy for Women Entrepreneurs tipprovdi lill-parteċipanti mhux biss l-opportunità li jitgħallmu affarijiet ġodda, imma anke b’opportunità kbira biex jagħmlu dan it-tip ta’ networking u b’hekk ikun aktar faċli għalihom biex ikabbru n-negozju tagħhom.”
L-istess ħsieb tal-President tal-Kamra tal-Kummerċ għaddietu ċ-Chargé d’Affaires Amerikana għal Malta, Gwendolyn Green, li qalet li s-sens ta’ ġustizzja jissaħħaħ meta jingħata s-sapport biex l-intrapriżi mmexxija min-nisa jkunu ta’ aktar suċċess.
“One of the key linchpins of this idea of bringing women together to build entrepreneurship in business is about working together, building those networks and supporting one another, rather than trying to compete with one another and tear each other down, and I think that when we’re talking about equity, that’s the type of thing that really makes a difference.”