Intemmet l-ewwel edizzjoni tal-programm edukattiv ‘Let’s Talk Farming’, li kienet miftuħa għat-tfal tal-iskejjel primarji kollha madwar il-pajjiż.
ONE News mar fi Zgamardi Gardens, għelieqi fis-Siġġiewi li huma addattati apposta għat-tfal u l-familji, fejn kien hemm it-tfal tal-Primarja ta’ Tas-Sliema fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara.
L-għan tal-programm ‘Let’s Talk Farming’ huwa li t-tfal jaraw xogħol b’mod prattiku fis-settur tal-agrikoltura u l-evoluzzjoni li saret f’dan is-settur.
Hemmhekk tkellimna ma’ dawk li jieħdu ħsieb dan il-programm, li spjegawlna l-importanza tiegħu.
Qalu, “Rajna l-bidu tiegħu mas-sena skolastika, jiġifieri minn Ottubru, u wasal fi tmiemu issa. Kellna parteċipazzjoni pjaċevoli immens, jiġifieri missejna mal-50 skola u hija miftuħa għall-iskejjel kollha.”
“Is-sena d-dieħla hija naturali li nħarsu ’l quddiem biex dan il-programm nerġgħu niftħuh, nesponuh għal aktar skejjel.”
Tkellimna wkoll ma’ edukatriċi li spjegatilna kif it-tfal qegħdin jitgħallmu permezz ta’ dan il-programm.
Qalet, “Għenuhom ħafna għax hawnhekk kellhom jesperjenzaw il-ħajja ta’ dari, kif kien jgħix il-bidwi, kif kienu jinħaslu qabel, kif jieħu ħsieb l-annimali, l-irwol tar-raġel, l-irwol tal-mara f’dan ix-xogħol. Imma ħadna ħafna gost hawnhekk għax it-tfal jagħmlu hand-on activities, flok l-iskola.”
Tkellimna wkoll ma’ sid dawn l-għelieqi, li spjegalna li l-post huwa attrezzat għat-tfal tal-iskola, waqt li t-tfal jitgħallmu.
Qal, “Ilqajna ħafna skejjel, għallimna ħafna tfal u aħna s-sodisfazzjon tagħna huwa li t-tfal joħorġu jitgħallmu xi ħaġa minn fejn jiġi l-ikel. Aħna hawnhekk l-aktar sodisfazzjon li jkollok, speċjalment, huwa meta jkun hawn tfal bl-autism, jirnexxielna li anki lilhom ngħallmuhom u joħorġu b’xi ħaġa minn hawnhekk.”
Stajna ninnutaw li t-tfal ħadu gost jitgħallmu affarijiet differenti – mhux minn fuq il-bankijiet tal-iskola – permezz ta’ dan il-programm.
Qalu, “It was very nice, I can see a lot of plants. I like the animals, I think they are really cute and love this farm. I wish I could come again.”
“I like the donkeys – even my grandpa, he had a horse.”