Bejn l-14 ta’ Ġunju u l-14 ta’ Lulju ONE se jkun qed iwassal programm speċjali dwar il-Kampjonat Ewropew tal-Futbol 2024, li se jkun qed jintlagħab fil-Ġermanja.
Waqt il-programm ŻONA EWROPEA se jkunu qed jiġu annalizzati r-riżultati kif ukoll se jiġu diskussa l-partiti li se jkunu qed jintlagħbu ta’ kuljum f’għaxar stadiums differenti.
B’kollox se jintlagħbu 51 partita filwaqt li se jkunu qegħdin jipparteċipaw 24 nazzjon.
Clinton Buhagiar, Mario Bonnici, Mario Saliba, Stephen Azzopardi u Cristian Muscat se jkunu qegħdin iwasslu lit-telespetatturi ta’ ONE, il-programm ŻONA EWROPEA kuljum fit-8:10pm.
Manuel Cini u Clinton Buhagiar se jkunu qed jieħdu ħsieb il-produzzjoni ta’ dan il-programm.