Snajja’ se jlaqqana ma’ tmien persuni li b’reqqa u professjonalità kbira jagħmlu snajja’ tradizzjonali maltija, bħal Rita Farrugia li taħdem il-bizzilla, Robert Caruana li jsajjar il-qubbajt, Antoine Vella li jaħdem in-newl, Alex Gatt li jibni d-dgħajjes, Robert Lia li jipproduċi l-madum tas-siment, Reuben Pullicino li jaħdem il-ganutell, Bastjan il-landier u l-aħwa Anna u Manwel Mifsud li jaħdmu l-qasab.
Mhux biss se nsiru nafu b’mod aktar fuq dawn it-tradizzjonijiet billi naraw kif isiru u l-istorja ta’ snajja’ differenti u tradizzjonali, imma wkoll se naraw u niskopru l-ħajja ta’ dawn in-nies li jagħmlu tant xogħol interessanti.
Minn xiex għaddew, kemm għaddew minn sagrifiċċji u x’hemm wara din is-snajja’. Sigrieti li qatt ma tkellmu fuqhom u xi stejjer ħelwin ma jonqsux.
Dan il-programm se jiġi mwassal lilkom minn WE Media b’kollaborazzjoni ma’ Kultura TV u ONE.
Snajja’ se jkun qed jixxandar minn Lulju, kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija.