Għal sajf ieħor l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu flimkien mal-Fondazzjoni għas-servizzi edukattivi nedew għadd ta’ programmi maħsuba biex matul ix-xhur tas-sajf it-tfal li jattendu għal Skola Sajf jibqgħu jaqraw. Programm minnhom li t-tfal se jingħataw togħma tiegħu huwa l-programm ‘Bil-qari u l-kitba niskorja’ li se jżewweġ l-isport tal-futbol mal-qari bit-tfal jisimgħu l-istejjer jinqraw minn plejers rinomati Maltin fid-dressing room biex imbgħad wara joħorġu fil-grawnd għal sessjoni ta’ taħriġ.
Il-Ministru tal-edukazzjoni, Evarist Bartolo saħaq fuq l-importanza tal-qari u lit-tfal tagħhom il-mira li dan is-sajf jaqraw imqar ħames kotba.
Il-kap tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, David Muscat saħaq li dawn il-programmi jintlaqgħu tajjeb hafna mit-tfal filwaqt li jżommuhom f’kuntatt mal-kotba anke fil-jiem ta’ mistrieħ tas-sajf.