L-analiżi tal-Professional Wealth Management fi ħdan il-Financial Times, li poġġiet lid-due diligence tal-programm ta’ ċittadinanza b’investiment Malti fl-ogħla livell fid-dinja, mhux sorpriża għar-regolatur ta’ dan il-programm f’pajjiżna.
Ma’ ONE News, Carmel De Gabriele, tenna kif it-test hu wieħed rigoruż ħafna.
Minn naħa l-oħra pajjiżna juża sistema mill-iktar rigorużi.
Għalhekk tenna li pajjiżna għandu jibqa’ jsegwi x’qed jagħmlu l-kompetituri tiegħu f’dan l-aspett, filwaqt li jżomm fuq quddiem ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, kif qiegħed jagħmel bħalissa.
Innota fost oħrajn li n-nies li qed tiġi, ħafna minnhom huma ta’ livell għoli ta’ edukazzjoni u jiġu Malta biex jifħu negozju u jippjanaw li jgħixu f’pajjiżna.
Intant, il-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment se jkun propju s-suġġett diskuss il-Ħamis għaxra ta’ Awwissu fil-programm Nistaqsu għall-ħabta tat-tmienja u għoxrin ta’ filgħaxija.