Ħames proġetti twettqu mill-fondi miġbura mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni li ġew allokati lill-Ministeru tat-Turiżmu fl-2017 u l-2018.
Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li dawn kienu jinkludu xogħlijiet ta` resurfacing fit-toroq tal-Promenades ta’ Buġibba u l-Qawra li twettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu permezz ta’ Transport Malta.
Kien hemm ukoll proġett pilota tal-Pulizija għaż-Żoni Turistiċi li twettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu permezz tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi.
Sar titjib f’bajjiet li twettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu permezz tal-Awtorita` Maltija tat-Turiżmu u riġenerazzjoni ta` Paceville li qed jitwettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu b’kollaborazzjoni mal-MHRA.
Permezz tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi, il-Ministeru wettaq road markings wara li sar resurfacing ta’ toroq f’Paceville.
Sar ukoll proġett relatat ma’ 3D modelling tal-riferti arkejoloġiċi li jinsabu f’qiegħ il-baħar bil-għan li tiġi żviluppata aktar l-industrija tad-diving. Il-proġett qed jitwettaq mill-Ministeru tat-Turiżmu permezz tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.