Proġetti kbar għall-Belt Valletta kisbu l-barka tal-UNESCO biex hekk il-ħsibijiet tal-Gvern u l-entitajiet tiegħu għal żoni differenti tal-Belt Kapitali tagħna issa għandhom it-timbru ta’ din l-organizzazzjoni internazzjonali ta’ importanza liema bħalha.
Dawn il-proġetti huma l-proġett MUŻA (il-Mużew Nazzjonali tal-Arti) fil-Berġa tal-Italja, il-proġett ta’ Pjazza Tritoni fid-daħla tal-Belt Valletta u l-foss ta’ taħt Bieb il-Belt, il-proġett ta’ xogħlijiet f ’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u l-proġett ta’ mina taħt il-Belt Valletta li tiżbokka f ’Marsamxett.
Fil-prinċipju hemm ukoll l-approvazzjoni għall-ħsieb wara l-proġett tar-riġenerazzjoni fil-parti ta’ isfel ta’ Sant’Iermu. Il-UNESCO (United Nations Educational, Scientific and Cutlural Organization), awtorità fil-qasam tal-wirt storiku u bliet b’valur storiku bħall-Belt Valletta, tagħmel li tista’ biex ssejħilhom bħala wirt dinji. Iżda, dan isir b’ċerti kundizzjonijiet u ladarba jkun inkiseb dan ir-rikonoxximent m’hemmx garanzija li wieħed se jżommu għal dejjem.
Għalhekk dak li jsir irid ikun konformi ma’ rekwiżiti tal-esperti ta’ din l-organizzazzjoni internazzjonali u proġetti kbar jiġu skrutinizzati minn dawn l-esperti tal-International Charter on the Conservation and Restoration of Monument and Sites li jkunu huma li jagħtu l-parir aħħari lill-UNESCO. Fil-fatt, fl-aħħar xhur kien hawn f ’Malta diversi żjarat minn esperti ta’ din l-organizzazzjoni fejn analizzaw b’reqqa kull proġett qabel tawh it-timbru tagħhom.
Għal ċerti proġetti, iktar minn oħrajn, dak kien ċertifikat importanti. Fost dawn hemm dak tal-mina bejn Tas-Sliema u l-Belt. Huma kienu qed jistennew din il-barka b’awtoritajiet bħall-Awtorità tal-Ippjanar iqisu rakkomandazzjoni mill-UNESCO bħala element kruċjali. Ta’ Dar il-Mediterran ukoll kien wieħed mill-iktar poġetti li kien qed jistenna l-barka anke għax kien hemm kwistjonijiet fuq twaħħil ta’ lift f ’dan il-post ta’ grad wieħed.
Lift li hu maħsub biex isir iktar aċċessibbli. Fil-każ ta’ Sant’Iermu fejn ilGvern kien ħareġ sejħa għal lukanda l-UNESCO ukoll laqa’ l-proposta tal-Gvern u qal li jagħmel sens li jkun hemm aspett kummerċjali biex il-parti ta’ isfel ta’ Sant’Iermu terġa’ tingħata l-ħajja. Però kien hemm ċerti rakkomandazzjonijiet speċifiċi li qed tistenna lill-jkunu mibdula bil-għan li d-disinn tal-proġett ikun iktar konformi mar-regoli li tistabilixxi l-UNESCO.