Kollox beda minn hawnhekk. It all starts here.
Dan it-titlu tal-festival tal-istudenti tal-Kulleġġ Malti għall-arti , xjenza u t-teknoloġija, li tliet snin ilu bdew jistudjaw oqsma differenti tal-media f’dan il-kulleġġ.
Tliet snin wara, b’dak li kisbu mit-tagħlim, wettqu proġetti innovativi bl-użu tat-teknoloġija. Proġetti li ħadmu fuqhom bħala parti mit-teżi sabiex fix-xhur li ġejjin iwettqu l-ħolma tagħhom u jiggradwaw.
Wieħed minn dawn il-proġetti huwa l-ħolqien u l-esplorazzjoni ta’ ambjent virtwali. Aktar minn hekk, permezz tal-virtual reality headset – individwu jista jkun l-protagonist ta’ din ir-realtà. Thomas Abela student tal-media interattiva u graphic design spjegalna aktar dwar il-proġett tiegħu.