Hemm ħames proġetti interessanti proposti għall-Belt Valletta.
Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar ikkonfermat li bħalissa qed tistenna risposta mingħand organizazzjoni internazzjonali (International Charter on the Conservation and Restoration of Monument and Sites) biex jiġi żgurat li l-karattru arkitettoniku tal-Belt ma jkunx mittiefes.
Il-Bord tal-Awtorità qed tevalwa wkoll l-aħjar mod kif għandha titratta l-installar ta’ lift panoramiku f’Dar il-Mediterran għall-Konferenz, li jieħu lil viżitaturi mis-Sacra Infermeria għal Sir Temi Zammit Halls. Esperti tal-UNESCO mistennija joffru pariri dwar dan il-proġett. Dan biex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet dwar xogħlijiet li jsiru fil-Belt Valletta ma jkunux ta’ detriment għax-xenarju, f’belt li hija rikonoxxuta għall-patrimonju mill-UNESCO stess.