Żewġ proġetti għat-tfal għawdxin se jkunu qed itejbu l-abiltajiet akkademiċi tat-tfal f’ambjent fejn dawn se jintegraw flimkien biex jitgħallmu l-importanza ta’ teamwork, iżda fejn ukoll tfal b’diżabilta iħossuhom parti minn grupp f’ambjent seren.
It-tfal Għawdxin b’abbiltajiet differenti se jkunu qed jitgħallmu l-importanza ta’ teamwork, inklussivita u abiltajiet akkademiċi.
Dan grazzi għal żewġ programmi differenti bl-isem ta’ Talenti Plus u 4Kids.
Programmi mnedija f’dan tmiem il-ġimgħa mis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, li għalihom applikaw iktar minn 200 tifel u tifla. Dawn se jimmiraw biex inisslu sens ta’ ugwaljanza u solidarjeta’ fost it-tfal minn eta żgħira.
Il-Proġett Talenti Plus jinsab fit-tieni sena tiegħu, bit-tema għall-elfejn u sittax tkun “It-Tfal kollha sbieħ”. Dan se jinkludi taħriġ differenti għat-tfal skont l-etajiet u u l-abiltajiet tagħhom. Taħriġ li se jkun miftuħ ukoll għal tfal diżabbli.
Min-Naħa l-oħra l-programm 4Kids se jinvolvi taħriġ għal tfal bejn il-ħames u l-għaxar snin li jkompli l-kurrikulu tas-sena skolastika fil-Malti, Ingliż, Matematika u Studji Soċjali.
Dawn it-tfal se jkunu qed jirrevedu dawn is-suġġetti permezz ta’ mezzi teknoloġiċi fil-Learning Hub f’Għajnsielem. B’Hekk it-tagħlim li normalment isir bl-għaġla fl-iskola issa jista jsir f’ambjent iktar rilassanti b’mod iktar xieraq għal bżonnijiet ta’ dawn it-tfal.