F’sessjoni oħra tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi l-Erbgħa wara nofshinar ġie diskuss il-kuntratt tal-Electrogas, fejn ix-xhud ewlieni tal-lum kien David Galea li kellu l-irwol ta’ Project Manager fil-proġett tal-powerstation ta’ Delimara.
Huwa spjega x’kienu l-oġġettivi ewlenin għall-bini tal-powerstation.
Qal kif, “Nilħqu numru ta’ oġġettivi li kienu tnaqqis tat-tariffi fil-kontijiet tad-dawl li jwasslu għal tnaqqis fit-tariffi tad-dawl u ilma bi 25%, inġibu stabbilità fil-cost-base tal-Enemalta u stabbilità fit-tariffi, illi jkun hemm tnaqqis fit-tniġġis bis-saħħa tal-qalba għall-gass u jkun hemm ukoll turnaround ekonomiku tal-Enemalta.”
Mistoqsi mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo f’isem il-Gvern, Galea qal li kieku l-bini tal-powerstation il-ġdida qatt ma sar, kieku kien se jkun hemm diversi effetti negattivi, fosthom fuq il-familji Maltin u Għawdxin.
Spjega, “Ministru Clayton Bartolo – li kieku ma sarx dan il-proġett x’kien se jkunu r-riperkussjonijiet għall-pajjiżna?
David Galea: Ovvjament kellek riskju li ma jkollox provvista tajba ta’ dawl u l-impatt finanzjaru kien se jkun signfikanti wkoll.”
Iżda għall-Oppożizzjoni, il-qalba kruċjali li għamel pajjiżna mill-aktar żejt li jniġġes, il-heavy-fuel oil, għall-gass, hija biss ċuċata.
Qal li, “Segretarju Parlamentari Alex Muscat: Jidher li kkonferma wkoll illi jaqbel li pajjiżna ma kellux jaħdem bil-heavy fuel oil u qed nifhem li dik il-politika hemm il-qbil fuqha, iżda jidher li politikament f’dan il-pajjiż għadna mhux iż-żewġ partiti qed jaqblu fuqha għax aħna qed nifhmu li intom qed taħsbu li kien żball li morna għal-LNG.”