Wara li tlesta x-xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq Vjal ir-Rihan San Ġwann, Transport Malta ħabbret li ser jinżebgħu l-linji tat-traffiku u ser jitwaħħlu sinjali tat-traffiku ġodda bejn illejla fis-7.00p.m. u għada fis-7.00a.m.
Għalhekk, mis-Sibt 18 ta’ Ġunju wara s-7.00a.m., it-traffiku minn Triq Tal-Balal ser jgħaddi minn Triq Salvu Busuttil għal Triq Caruana Dingli għal Vjal ir-Rihan. Aċċess għas-service road fi Vjal ir-Rihan hu permess minn Triq Caruana Dingli biss. Hawnhekk il-parkeġġ ser jiġi organizzat biex jaqbel mad-direzzjoni tat-traffiku.
Dawn l-arranġamenti huma parti mir-rotot alternattivi li qed jitħejjew minħabba l-proġett tal-Kappara. Wieħed jista’ jżur is-sid news.transport.gov.mt.