Proġett pilota għas-sajjieda lokali se jkun qed iwassal biex permezz tar-riċerka, is-sajjieda jkunu jistgħu jkomplu bis-sajd tagħhom b’serħan il-moħħ.
Dan permezz ta’ apparat li jitwaħħal max-xbieki tas-sajd li jnaffar lid-dniefel mingħjar ma jagħmillhom ħsara.
Il-proġett ħareġ minn xewqa li wrew is-sajjieda stess biex tinstab soluzzjoni sabiex id-dniefel ma jibqgħux jagħmlu ħsara lix-xbieki jew jieklu l-ħut maqbud fihom.
Dan il-proġett qed isir mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ Malti għax-Xjenza, t-Teknoloġija u l-Arti l-MCAST u s-sajjieda lokali.
“Mill-kwistjonarju deheru li s-sajjieda riedu xi tip ta’ miżura midigattiva u aħna li għamilna, xtrajna żewġ tipi ta’ miżuri midigattivi u qed nittestjaw biex naraw liema hi l-aktar miżura midigattiva aħjar.”
Fuq il-proġett ħadmu studenti mill-Istitut għax-Xjenza Applikata li raw ir-riċerka tagħhom tkun applikata.
“Bħala studenti bbenefikaw ħafna għaliex jistgħu jaraw b’mod applikat dak li kienu qed jitgħallmu fil-klassi. Min-naħa tagħna bħala letturi u bħala riċerkaturi stajna ngħinu biex ix-xjenza ma tkunx biss dik ippubblikata fil-karti, imma tasal ukoll għand l-istakeholders u l-policy makers.”
Fil-fatt, ġie mtenni wkoll kif il-Gvern jemmen dwar il-bżonn tar-riċerka sabiex anke jiġu ndirizzati sfidi fost oħrajn relatati mas-settur tas-sajd u dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ħajja akwatika; riċerka li mhux biss titnuża għas-settur lokali, imma anke fuq livell internazzjonali.
“Tajjeb li wieħed isemmi wkoll illi riċerka bħal din qiegħda ssir fuq livell reġġjonali, jiġifieri, il-problema tad-dniefel ġewwa l-pajjiż fejn jidħol is-sajd isir kemm f’Malta, ibgħatuha wkoll is-sajjieda Taljani u s-sajjieda Ċiprijotti allura aħna nkunu qed nagħmlu riċerka reġġjonali sabiex anke nkunu nistgħu ntellgħu policies differenti, anke fuq livell Ewropew.”