Permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali tal-Fgura u l-Aġenzija Komunità Malta se jitwettqu xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq is-saqaf tal-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, b’investiment li mistenni jiswa madwar disgħin elf ewro.
Il-Kappillan tal-Fgura Raymond Calleja spjega li dan l-investiment huwa importanti ħafna sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa fuq din il-Knisja.
“Ħsara strutturali l-Knisja m’għadnix, imma kif qedin taraw inthom stess, swiedet ħafna minn ġewwa u anke minn barra. Allura aħna se nagħmlu minn kollox biex nirrangaw il-ħsara li fiha.”
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega kif dan l-investiment huwa eżempju ieħor ta’ kif qed ninvestu fil-komunità. Fakkar kif dan il-proġett jorbot ma’ sensiela ta’ proġetti oħrajn li qed tamministra l-Aġenzija Komunità Malta.
“Il-Knisja tal-Fgura hija waħda mill-knejjes moderni li żgur tiftakar fil-Fgura. Issa li għandha problemi strutturali u trid tiġi mmodernizzata, għamlu talba kemm lill-Komunità Malta kif ukoll lill-Kunsill Lokali tal-Fgura, ingħaqadna magħhom bħala Ministeru li qed ngħidu sabiex il-komunità tal-Fgura jkollha dik il-Knisja li tiġi hawn, tgawdi, twettaq il-funzjonijiet tagħha u tkun tista’ tkompli għal diversi żminijiet.”