AĠĠORNAT huwa proġett ta’ informazzjoni għal nies interessati fl-għasafar, bird watching, fil-kampanja Maltija, u dawk kollha li jipprattikaw id-delizzji tal-kaċċa u nsib.
Bħala inizjattiva ta’ Kaċċaturi San Ubertu (KSU) u ko-finanzjata mill Fond Conservation of Wild Birds Funding Scheme 2017 amministrat mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, sejrin isiru sensiela ta’ sitt tahdidiet f’erbgħa lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. F’dawn l-erbgħa u ghoxrin laqghat, il-kelliema ser jkunu mid-dipartiment tal-Wild birds Regualtion Unit (WBRU), mill-Pulizija tal- Administrative Law Enforcement Unit (ALE), Ornitologisti, kelliema mil-Merill Rural Network u kelliema mil-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).
Is-suġġetti li se jigu ttratti huma l-konservazzjoni ta’ l-għasafar u l-kampanja, ix-xogħol tal-WBRU, identifikazzjoni tal-għasafar, siti ta’ Natura 2000, tradizzjonijiet relatati ma’ l-għasafar, l-għasafar u l-bniedem, is-sigurtà u’ l-użu ta’ l-armi f’Malta, l-etika ta’ min juza l-kampanja, legislazjoni tal-kacca u insib, l-kaċċa u l-insib fl-imgħoddi u l-futur tal-kaċċa w nsib,
l-ewwel laqgħa sejra issir nhar it-Tlieta 20 ta’ Marzu fl-iskola Sekondarja tas-subien ir-Rabat Għawdex fis-5.40pm mill-kelliema tal-WBRU.