Bdew il-proċeduri meħtieġa biex jinbena ċentru għas-servizzi soċjali li se jħaddan fih ċentru għal matul il-jum, ċentru għal matul il-lejl u uffiċini tas-sigurtà soċjali fil-Ħamrun.
Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun kiseb appoġġ mill-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali dwar talba għal soluzzjonijiet, fid-dawl ta’ diversi problemi kontinwi li hemm fil-lokalità. L-uffiċji tas-sigurtà soċjali, per eżempju, ma kienux aċċessibbli.
Issa l-anzjani se jkollhom binja waħda minn fejn jistgħu jinqdew, filwaqt li jsibu l-wens. Se jkunu qed jiġu organizzati wkoll attivitajiet fuq barra, peress li se jkun jista’ jintuża l-bejt tal-istess binja. Dan kollu se jkun possibbli grazzi għal investiment ta’ kwart ta’ miljun ewro.
Iz-zona biswit il-kunsill li se tinbena