L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li se tinvesti fi proġett ta’ €7 miljuni biex tbiddel l-infrastruttura u l-kapaċità spazzjali ta’ Malta sal-2020.
B’hekk Malta se tkun fuq quddiem f’dak li jissejjaħ geo-spatial technology.
Il-proġett mistenni jaġġorna lil pajjiżna għar-realtajiet tal-llum u permezz tiegħu l-informazzjoni u l-kapaċità għall-informazzjoni li għandna disponibbli bħala pajjiż tilħaq livelli nazzjonali u internazzjonali.