Dalgħodu tħabbar proġett ta’ 24 miljun ewro sabiex jiġi riġġenerat in-naħa t’ isfel tal-Belt Valletta.
F’konferenza stampa s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li l-proġett se jkun qed jestendi mill-fortifikazzjoni ta’ Sant’Iermu.
Il-kumitat ta’ koordinament huwa kompost minn diversi stakeholders, li jinkludu l-Fondazzjoni Valletta 2018, l-Awtorità għall-Ippjanar kif ukoll il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Il-proġetti li se jsiru li se jinkludu l-Auberge D’Aragon, uħud mis-siti tal-akkomodazzjoni soċjali u l-promenade sabiex b’hekk titwettaq il-wegħda tal-manifest elettorali. Permezz ta’ dawn il-proġetti se jkun qed tiżdied l-attività kummerċjali u tissebbaħ iż-żona.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-proġett ta’ riġenerazzjoni se jkunu qed jibbenefikaw minnu kemm ir-residenti kif ukoll it-turisti, organizazzjonijiet sportivi u stabbilimenti kummerċjali hekk kif se jkun qed jitwettaq xogħol fuq il-promenade u l-pitch tal-waterpolo.