Il-katakombi ta’ Bistra kienu maħsuba li ntilfu, sakemm instabu fis-snin tmenin. Katakombi li fuqhom sar proġett ta’ konservazzjoni u riġenerazzjoni minn Heritage Malta.
Il-katakombi ta’ Bistra huma meqjusa bħala l-iktar katakombi Paleo-Kristjani importanti li jinsabu ‘l barra mir-Rabat.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta,Kenneth Gambin, spjega kif f’dan il-kumpless hemm 16-il ċimiterju b’total ta’ 57 qabar. Irrimarka li saret talba għal fondi ewropej bir-riżultat ikun it-tlestija tal-proġett. Dan ġab investiment ta’ €2 miljuni.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici spjega kif minn dawn il-proġetti jgawdu l-kommunita, hekk kif tkompli tikber l-identita’ tal-post, bħal f’dal każ, il-Mosta.