Il-proġett t’akkomodazzjoni soċjali f’Wied il-Knejjes Ħal Luqa, se jkun qiegħed jiġi imsemmi għall-eks Ministru tad-Djar, il-mibki l-Avukat Joe Brincat.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Sojali u Affordabbli Roderick Galdes, fuq il-midja soċjali. Dan tħabbar fil-jum li ngħatat l-aħħar tislima lill-eks Deputat Mexxej Laburista fil-Knisja ta’ San Publiju fil-Furjana.
Il-Ministru Galdes qal li dan il-proġett, li
se jkun qiegħed jammonta għal 46 appartament ġdid t’akkomodazzjoni soċjali, se jkun inawgurat fix-xhur li ġejjin.
Intqal l-Avukat Brincat kellu għal qalbu l-prinċipji u l-valuri soċjalisti u ħadem favur it-tisħiħ tal-welfare state f’pajjiżna, kif ukoll it-twaqqif tal-Awtorità tad-Djar bejn l-1976 u l-1981.
Il-Ministru, f’din il-kitba qal, li fir-raba’ legiżlatura Parlamentari tiegħu bħala Ministru tad-Djar, iddaħħlu sistemi li jiżguraw it-test tal-mezzi fost l-applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali.