Il-Korp tal-Pulizija jinsab f’pużizzjoni li jibda proġett pilota biex il-Pulizija jkollhom fuqhom cameras żgħar li jieħdu filmati ta’ dak kollu li jseħħ quddiemhom.
Miżura oħra li tista’ tixħet dawl fuq każi li jaffaċċjaw il-membri tal-korp.
Tkellem dwar dan, il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, fil-programm Xarabank.
Hu qal li “Illum nista’ nghid li wasalna biex inniedu pilot projects project, li ha nintroducu l-body cameras fuq il-pulizija tat-traffic. Ha naraw kif imur il-progett. Jekk imur tajjeb ha nestenduha, it-tieni parti tieghu ha jkun ghal dawk il-pulizija li jkunu duty go paceville.”Affaċċjat bl-allegazzjoni li l-Pulizija f’Paceville issibhom jieklu jew jimxu bil-mobile, wieġeb kif fl-aħħar ħames xhur f’Paceville kien hemm numru kbir ta’ spezzjonijiet.
Dan barra n-numru kbir ta’ interventi fuq inċidenti żgħar bil-potenzjal li jiggravaw.
B’mod mill-iktar ċar, il-Kummissarju tal-Pulizija spjega kif żdied in-numru ta’ Pulizija f’Paceville. Sal-elfejn u erbatax fl-eqqel tal-attività, mit-Tnejn sal-Ħamis f’Paceville ma kienx ikun hemm Pulizija, biex issa hemm għoxrin.
Il-Ġimgħa u s-Sibt, fejn qabel kien ikun hemm tnax-il Pulizija, issa hemm tletin.
Biex nhar ta’ Ħadd, qabel kien ikun hemm tnax, u issa ħamsa u għoxrin pulizija.
Dawn jingħaqdu magħhom pulizija oħra, bħal tar-Rapid Intervention Unit, l-Ispecial Intervention Unit, tal-ALE, tas-Sezzjoni tal-Klieb, u tat-Traffiku.