Għaddejjien l-aħħar fazijiet fuq proġett li qed isir fiċ-ċentru Dun Manwel Attard li jinsab fil-Wardija. Dan huwa ċentru li jħarreġ persuni bi bzonnijiet speċjali.
Grazzi għal dan il-proġett, li sewa aktar minn żewġ miljun ewro, aktar zgħazagħ ingħataw l-opportunità li jitħarġu f’dan iċ-ċentru.
Tkellimna fost oħrajn ma’ Terry Aquilina, omm żagħżugħ li jattendi ċ-ċentru.