Il-proġett ‘Diversifikazzjoni tal-Ispeċi fl-Akwakultura Maltija’, kofinanzjat mill-Fond Ewropew Marittimu, tas-Sajd u l-Akwakultura (EMFAF), tnieda mill-Parlamentari Alicia Bugeja Said u l-Kap Eżekuttiv ta’ Aquatic Resources Malta, Dr Frank Fabri.
Dan il-proġett għandu l-għan li jagħmel l-akkwakultura f’Malta aktar reżiljenti u sostenibbli, billi jintroduċi speċi ġodda bħall-aċċjola u l-pagru. Il-ħut se jitrabba f’ċiklu magħluq b’użu ta’ teknoloġija moderna, bħal sistemi ta’ monitoraġġ awtomatizzati u ikel b’ingredjenti innovattivi bħall-probijotiċi u l-mikroalgi.

Il-proġett se jsaħħaħ ukoll il-formazzjoni tal-ħaddiema permezz ta’ taħriġ speċjalizzat u sħubijiet mal-privat. Fl-aħħar fażi tiegħu, se jiġu organizzati sessjonijiet edukattivi u workshops għal studenti u professjonisti.
Mark Vella mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta faħħar dan il-proġett bħala eżempju ta’ kif l-UE qed tgħin fil-promozzjoni tas-sostenibbiltà u l-innovazzjoni fis-settur.
