Bdew l-ewwel passi ta’ proġett li għandu jwassal għal estensjoni tal-mużew tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Kmieni l-Ħamis filgħodu, assistejna għaż-żarmar tal-biċċiet tal-arti mill-Mużew bl-ewwel arti li żżarmat kienet pittura li turi lil Mattia Preti.
Proċess li jsir b’attenzjoni kbira u dan biex ikun asigurat li ma ssir ebda ħsara.
Il-kuratur tal-Kon-Katidral, Cynthia Degiorgio, stqarret li żżarmar tal-mużew ifisser il-bidu ta’ twettiq ta’ ħolma fl-istorja tal-Katidral.